Passi sempliċi biex innaqqsu t-tixrid tal-virus

Merħba għal Germ Defence – pariri biex tipproteġi lilek innifsek u n-nies ta’ madwarek mill-marda l-ġdida CORONAVIRUS li msemmiha COVID-19.

Dawn il-pariri ġew miktubin minn esperti tas-saħħa li wrew li jnaqqsu l-mard permezz ta’ studju b’aktar minn 20, 000 persuna. Persuni li mxew mal-pariri mill-Germ Defence kienu fiċ-ċans li jlaqqtu anqas il-pandemija tal-influwenza u viruses oħra – u jekk kienu jimirdu, il-marda kienet iddum anqas u tkun anqas kiefra mis-soltu.

Kif taħdem?

COVID-19 tista’ tlaqqatha bl-istess mod bħalma tista’ tlaqqat viruses oħra. Germ Defence tipprovdi pariri kif tista’ tipproteġi lilek innifsek bl-istess modi ta’ kif tipproteġi lilek innifsek minn viruses oħra.

Kulma tieħu biex taqra dan kollu hu 10 minuti però tista’ tipproteġi lilek innifsek mill-Coronavirus, u tista’ tnaqqas iċ-ċans ta’ rjiħiet u mard ieħor.