Tipproteġi saħħtek – u ta’ kulħadd

Trid tkun taf kif tnaqqas ir-riskju milli tlaqqat u xxerred il-Coronavirus għax:
  • Jekk tlaqqat il-virus hemm riskju għoli li tista’ tgħaddih lill- oħrajn
  • Il-Coronavirus tista’ tqabbad mard serju – nies li għandhom iż-żmien u nies bi problemi tas-saħħa huma l-aktar f’riskju, però kien hemm imwiet ta’ adulti b’saħħithom ukoll
  • Jekk tlaqqat il-Coronavirus min- membri tal-familja li huma morda mhux ser tkun tista’ tieħu ħsiebhom
  • Tobba u sptarijiet jaf ikunu mħabbtin allura l-agħar każijiet biss jistgħu jkunu ttrattati
  • Bil-Coronavirus li jinstab jinxtered b’rata mgħaġġla madwar id-dinja, hemm bżonn nipproteġu lin-nies sakemm insibu tilqima

Taf ikollok bżonn ftit tipprattika kemm inti u kif ukoll familtek biex titgħallem u tidra tuża l-pariri tal-Germ Defence. Però meta titgħallimhom u tidrahom, isiru aktar faċli – li ser jipproteġuk milli timrad kull sena.

Paġna 1 minn 10