Naqqas mill-mikrobi!

Jekk issegwi l-pariri li toffri din il-websajt, tkun fiċ-ċans li tevita tlaqqat il-viruses.

Ovvjament, huwa impossibli li tevita l-mikrobi kompletament – allura l-maġġoranza tan-nies jaħsbu li jlaqqtu l-mard biċ-ċans.

Però ma timradx minn virus wieħed – timrad meta jidħlu ħafna viruses f’ġismek u ma tkunx tiflaħ għalihom.

Ma tistax tevita l-viruses kollha, però jekk jidħlu anqas viruses f’ġismek, għandek ċans tiġġildilhom aktar.

Dan ifisser li m’għandekx bżonn tevita l-viruses kollha. Però jekk tevita viruses kemm tista’ ser tgħin tipproteġik milli timrad serjament.

Anqas mikrobi = anqas mard

Paġna 2 minn 10