Il-ħasil tal-idejn huwa l-aħjar mod biex tipproteġi lilek innifsek u n-nies ta’ madwarek.

Vera faċli li tmiss wiċċek bla ma tinnota li tkun qed tmiss wiċċek.

Jekk is-swaba għandhom il-viruses fuqhom u tkun qed tmiss għajnejk, imnieħrek jew ħalqek hemm ċans li tinfetta lilek innifsek. Għajnejna għandna tubi tad-dmugħ li jinfdu fl-imnieħer u tista’ tgħaddi l-mikrobi fihom.

Għalhekk huwa tajjeb li taħsel idejk kemm jista’ jkun għax hemm ċans li tmiss wiċċek mingħajr ma tirrealizza li qed tmiss wiċċek.

Taħsel idejk bis-sapun iżomm il-viruses milli jgħaddu minn idejk għal għajnejk, imnieħrek u ħalqek. L-ilma biss ma joqtolx il-mikrobi.

Jekk sapun u ilma mhumiex possibli tista’ tuża ġel tal-idejn minflok.

Il-ħasil tal-idejn huwa wieħed mill-aktar modi effettivi li twaqqaf it-tixrid tal-mard, u għalhekk huwa l-aktar metodu użat biex tiġġieled il-mard fl-isptarijiet.

Paġna 4 minn 10